Angela Merkel bi pjan għall-UE biex tingħeleb l-isfida tal-COVID-19

European Union flags are seen outside the EU Commission headquarters in Brussels, Belgium April 1, 2019. REUTERS/Francois Lenoir

Il-Kanċillier Angela Merkel preżentat il-prijoritjiet tal-Presidenza Ġermaniża għas-sitt xhur li ġejjin sabiex tiġi ttrattata isfidi li ġabet magħha l-imxija tal-coronavirus.

Il-ħames oqsma li ġew enfasizzati huma id-drittijiet fundamentali, is-solidarjetà u l-koeżjoni, it-tibdil fil-klima, id-diġitalizzazzjoni u r-rwol tal-Ewropa fid-dinja.“Il-Ġermanja hija lesta li turi solidarjetà straordinarja”, enfasizzat, biex tibni Ewropa li hija ekoloġika, innovattiva, sostenibbli, aktar diġitali u kompetittiva.

Il-Kanċillier Angela Merkel iddisuktiet dawn l-għanijiet mal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen bil-motto ta’ din l-istrateġija huwa “Flimkien għall-irkupru tal-Ewropa”.

Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet li din l-isfida ma setgġetx tkun aktar straordinarja iżda li l-Unjoni Ewropea se toħroġ minnha aktar b’saħħitha bis-saħħa tal-programm Ġenerazzjoni li jmiss tal-UE.

Manfred Weber fil-kumment tiegħu dwar dan il-pjan qal li l-Unjoni Ewropea teħtieġ il-kuraġġ biex turi solidarjetà. Żied li hemm bżonn ta’ soluzzjoni għall-Fond ta’ Rkupru u insista li “l-ebda komunità ma tista’ tibqa’ għaddejja mingħajr spirtu komunitarju. Għalina, din hija sempliċement L-Istil tal-Ħajja Ewropea.”

Tista’ tara d-dikjarazzjoni sħiħa tal-Kanċillier Angela Merkel hawn.