Angela Merkel b’taħdidiet għall-koalizzjoni fil-Parlament Ġermaniż

Fil-Ġermanja, il-Partit Soċjali Demokratiku saħaq li se jibda’ t-taħdidiet mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel bil-għan li jiffurmaw koalizzjoni flimkien mal-Partit tad-Demokristjani.

Il-Partit tad-Demokristjani mmexxi minn Angela Merkel rebaħ l-elezzjonijiet li saru l-Ħadd li għadda, iżda hemm bżonn ta’ koalizzjoni bil-għan li tkun żgurata maġġoranza fil-Parlament Ġermaniż.

Il-koalizzjoni tista’ ssir jew mal-Partit tas-Soċjalisti Demokratiċi li kiseb 26% tal-voti jew mal-Partit tal-Ħodor li akkwista 8% tal-voti. Dan hekk kif il-partit tal-Kanċillier Ġermaniż kiseb 41% tal-voti fl-elezzjoni.

Għaldaqstant, iċ-chairman tal-Partit tas-Soċjalisti Demokratiċi sostna li l-membri tal-istess partit qablu li jibdew it-taħdidiet ma’ Angela Merkel.