Read in English.
Angela Coleiro ħabbret li ddeċidiet li se tirtira mid-deċiżjoni tagħha li tkun kandidata għall-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Coleiro kienet se tkun l-ewwel kandidata trans fl-elezzjonijiet ġenerali.
Fuq Facebook hija kitbet li llum kellha laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-PN Francis Zammit Dimech, li fiha għarrfitu bid-deċiżjoni tagħha li tirriżenja mill-Kumitat tal-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista, u bħala kandidata fuq id-9 u l-10 distretti elettorali.
Qalet li għamlet dan minħabba raġunijiet personali.
Hija wiegħdet lis-segwaċi tagħha li se tibqa’ tagħti sehemha bħala xandara fuq NetFM u fuq Net TV. Irringrazzjat lil kull min appoġġjaha fiż-żmien qasir li qattgħet fil-politika. “Il-ħajja tkompli,” temmet tgħid Coleiro.