Angela Coleiro tagħlaq sninha

Bħal-lum fl-1967 twieldet ix-xandara u attriċi Angela Coleiro. Illum qed tiċċelebra għeluq it-53 sena tagħha. Preżentement narawha mat-tim tal-programm Family Affair.

Hija bdiet il-karriera tagħha fl-1985 meta kienet tippreżenta programmi għaż-żgħażagħ fuq Radju Malta. Kienet ukoll tidher fil-programm satiriku Aħn’aħna jew Maħniex, li tiegħu kienet ukoll waħda mill-awturi.

Tgħallmet l-arti drammatika fl-M.T.A.D.A. u ħadmet fil-qasam tal-cabaret fin-Netherlands u Spanja.

Għal 18-il sena kienet tippreżenta fuq l-istazzjon tar-radju ta’ One u wara fuq diversi stazzjonijiet oħra tar-radju bħal Eden FM, Radju Tlett Ibliet u Net FM.

Minn żmien għall-ieħor ħadmet ukoll f’sensiliet ta’ drama bħal Qegħdin Sew u Becky: The Return.

Awguri Angela!