Android Lollipop dalwaqt fuq LG G3

Il-kumpanija LG ħabbret iktar kmieni li se tkun qed tintroduċi l-aħħar verżjoni tal-Android 5.0 jew kif inhu magħruf aħjar bħala Android Lollipop fuq il-mudell tal-G3 fl-Istati Uniti.
Minkejja xi problemi inizjali għal din l-aħħar verżjoni ta’ Android, jidher li iktar kumpaniji kbar qed jafdaw iżjed fuq l-affidabilità ta’ din il-verżjoni hekk kif wara l-Motorola fl-Indja, issa jmiss lil LG li tinstalla l-Lollipop fl-Istati Uniti. Google kienet nidiet is-sistema Lollipop fuq il-mudelli tagħha Nexus.
Fost il-karatteristiċi ewlenin ta’ din l-aħħar verżjoni ta’ operating system minn Google, hemm il-fattur li s-sistema taħdem iktar veloċi mas-sistema tat-touch screens fuq mobiles u tablets, kuluri iktar vivaċi b’tipografija u stampi ikbar. Fattur ieħor huwa li permezz tal-Android Lollipop, wieħed jista’ jagħżel hu x’tip ta’ notifications jirċievi u meta jirċevihom permezz ta’ sistema ta’ ‘priorita’ li l-utent jagħti lill-apps li jniżżel.