Andrija Majdevac u Loza Abera l-plejers tax-xahar għal Diċembru

Andrija Majdevac ta’ Balzan FC kompla bil-prestazzjonijiet eċċellenti tiegħu tul Novembru biex wasal jirbaħ it-tieni unur tal-BOV Plejer tax-Xahar in fila.

L-attakkant Serb kien il-protagonist ewlieni fir-rebħa ta’ 3-0 ta’ Balzan fuq Santa Lucija. Bil-hat-trick tiegħu fit-tieni taqsima Balzan kisbu tliet punti imprezzabbli.  Iktar kmieni fix-xahar, Majdevac ukoll skorja l-gowl tad-draw kontra Ħamrun, li effettivament huwa l-uniku skorer ta’ Balzan, b’total ta’ 4 gowls f’Diċembru.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR Marketing fil-Bank of Valletta ippreżenta t-Trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2019 lil Majdevac li għażel id-Dar tal-Providenza biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Loza Abera ta’ Birkirkara hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-nisa għal Novembru u Diċembru 2019. Il-plejer ta’ 22 sena kellha impatt immedjat fix-xena tal-futbol femminili Malti meta telgħet fil-quċċata tal-lista tat-top scorers. L-Istilla Etjopjana skorjat 22 gowl f’ħames partiti, fosthom 7 gowls fir-rebħa 17-0 fuq l-arċi-rivali Hibernians u tliet gowls fir-rebħa ta’ 5-0 fuq Mġarr United fil-BOV Super Cup