Andrija Majdevac il-BOV Plejer ta’ Novembru

Andrija Majdevac ta’ Balzan FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2019.

L-attakkant ta’ 22 sena mis-Serbja kien fetaħ l-iskor għal Balzan kontra Senglea minn penalty, u mbagħad segwa dan b’gowl ieħor fl-64 minuta b’xutt qawwi mit-tarf tal-kaxxa li ma ħalla l-ebda ċans lill-gowler ta’ Senglea, Matthew Farrugia.

Balzan kienu għelbu wkoll lil Mosta bl-iskor kbir ta’ 5-0 b’Majdevac jiskorja t-tielet gowl minn xutt twil fil-baxx, u fid-79 minuta skorja t-tieni gowl tiegħu fil-partita minn penalty biex b’hekk ingħata t-titlu tal-BOV Plejer tal-Logħba.

Majdevac kien ippreżentat bit-Trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2019. Hu għażel id-Dar tal-Providenza biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.