Andretti jitlef ħajtu kaġun tal-kanċer

Is-sewwieq ta’ NASCAR John Andretti miet kawża tal-kanċer. Dan kien imħabbar fuq tweet minn Andretti Autosport.

Andretti tellaq b’kull tip ta’ karożża, iżda għamel żmien twil fin-NASCAR top series. Hu kien ħa sehem f’393 tellieqa. Hu rebaħ it-titlu darbtejn, darba fl-1997 ġewwa Daytona International Speedway u darba oħra fl-1999 ġewwa Martinsvillle, f’Virginia.

Missier Andretti hu Aldo Andretti, ħu Mario Andretti li kien rebaħ Indianapolis fl-1969. Mario Andretti kien l-unika sewwieq li rebaħ in-NASCAR Daytona 500, il-Formula One driver’s championship u l-Indy 500 tul il-karriera tiegħu.

John Andretti tellaq 12-il darba fl-Indy 500, u fl-1994 tellaq kemm fl-Indy 500 kif ukoll fin-NASCAR . Lura fl-2017, Andretti kien qal li ħakmitu l-marda tal-kanċer.