Andrei Agius jirbaħ l-aktar unur prestiġjuż fil-futbol Malti

MFA: Domenic Aquilina

Id-difensur ta’ Hibernians Andrei Agius rebaħ l-unur l-aktar prestiġjuż fil-futbol Malti fil-Premjijiet tal-MFA 2019, li saru nhar il-Ġimgħa fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran. Il-konkors għall-Premju MFA Futboler tas-sena kienet bejn Hibernians u Valletta. Il-finalisti l-oħra kienu t-triju ta’ Valletta; Steve Borg, Henry Bonello u Rowen Muscat flimkien mal-midfielder ta’ Hibs Jake Grech.

Agius, li hu wkoll plejer regolari tat-tim nazzjonali, kiseb l-akbar voti fost il-coaches, il-captains u l-uffiċjali tal-14-il tim tal-Premier League tal-BOV, il-coaches miċ-Ċentru Tekniku tal-FA Malti u mill-bord tal-ġurnalisti tal-futbol.

Fil-kategoriji l-oħra, il-midfielder ta’ Birkirkara Matthew Guillaumier rebaħ l-Aħjar Plejer Żgħażugħ. L-attakkant żgħażuagħ Haley Bugeja rebħet b’kollox tliet premjijiet – L-Aqwa Player tal-Kampjonat tan-Nisa, l-Aqwa Player tal-Kampjonat tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena u l-aqwa skorer tal-Kampjonat tan-Nisa.