Andre Silva jingħata ċans ieħor ma’ Galatasaray

L-attakkant Portugiż Andre Silva sab tim ġdid wara li l-ewwel staġun tiegħu ma’ AC Milan kien diżappuntanti. Silva kien meqjus bħala wieħed mill-aktar plejers promettenti fid-dinja u tim tas-Serie A ddeċieda li jħallas il-prezz ta’ €40m mitlub minn Porto matul is-sajf l-għadda.

Silva rnexxilu jiskurja żewġ gowls biss f’24 logħba għal AC Milan u l-plejer ta’ 22 sena jixtieq sfida ġdida sabiex jerġa’ jiskopri l-aħjar forma tiegħu. Jidher li Galatasaray se tkun id-destinazzjoni li jmiss hekk kif il-plejer mistenni jingħaqad mat-tim Tork b’self għas-sentejn li ġejjin.