Andre Camilleri u Sarah Demicoli rebbieħa mill-ġdid tal-Open Water Swimming

Andre Camilleri u Sarah Demicoli rebħu t-tellieqa tal-Arena BSJ Open Water Swimming Championship fis-sezzjoni rispettiva tagħhom. Wara Camilleri daħlu Sam Fleri Soler u Robert Vella rispettivament. Wara Demicoli, irnexxielhom jagħmluha għall-podju Leah Satariano u Emilia Galea Testaferrata.

L-aħħar tellieqa ta’ din l-edizzjoni mistennija ssir nhar l-Erbgħa 31 ta’ Lulju. Se tkun tellieqa ta’ 4 kilometri u se sservi bħala tellieqa ta’ kwalifikazzjoni għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Malta-Gozo-Malta u Gozo-Malta Open Water Championship. Ir-reġistrazzjonijiet għall-aħħar tellieqa jistgħu jsiru online jew sa siegħa qabel ma tibda t-tellieqa nhar l-Erbgħa.