Ancelotti jiftaħ il-karriera ma’ Everton b’rebħa

Carlo Ancelotti beda l-karriera tiegħu bħala l-maniġer il-ġdid ta’ Everton b’rebħa. It-tim rebaħ bi skor minimu ta’ 1-0 kontra Burnley. Il-grawnd ta’ Goodison Park kien ippakjat bil-partitarji.

It-Taljan li għandu 60 sena, li rebaħ il-Premier League u t-Tazza tal-FA bħala l-maniġer ta’ Chelsea lura fl-istġun 2009-10, ħa f’idu t-tim ta’ Everton il-ġimgħa l-oħra. Hu ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-partitarji ta’ Everton.

Burnley li rebħu żewġ logħbiet wara xulxin, kważi skurjaw tliet minuti mill-bidu tal-logħba iżda ġew imċaħda minn dan minn Yerry Mina. Kienet id-daqqa ta’ ras ta’ Dominic Calvert-Lewin fit-80 minuta li aċċertat it-tliet punti għal Everton.

Grazzi għal din ir-rebħa, Everton telgħu fit-13-il post, post biss taħt Burnley.