Ancelotti jaqla’ l-karta l-ħamra

Everton tħassrilhom il-gowl tar-rebħa tard fil-logħba kontra Manchester United u tkeċċielhom il-maniġer Carlo Ancelotti f’logħba vivaċi. Iż-żewġ timijiet qalgħu l-gowl minħabba żbalji tal-gowlers.

Everton bdew il-logħba b’gowl wara li l-gowler ta’ United għamel żball. De Gea mar jikklirja l-ballun u minflok, bi żball laqat eżatt lil Calvert-Lewin u baqa’ dieħel fil-lasta. United ġabu l-gowl tad-draw fil-31 minuta meta Jordan Pickford ma rnexxilux iwaqqaf kompletament ix-xutt ta’ Bruna Fernandes.

Il-logħba ħraxet u lejn l-aħħar gowl ieħor ta’ Everton tħassar wara li l-VAR qalet li Sigurdsson ta’ Everton stess kien f’pożizzjoni offside x’ħin kien mindud mal-art quddiem De Gea. Dan ġiele lil Ancelotti jitlef rasu u jikkonfronta lir-referee. Ta’ hekk ġie muri l-karta l-ħamra u tkeċċa mil-logħba.

Bid-draw United baqgħu fil-ħames post.

Riżultati oħra:

Tottenham Hotspur 2-3 Wolverhampton Wanderers