Ancelotti għal ma’ Everton?

Everton tefgħu għajnejhom fuq Carlo Ancelotti biex jaħtruh bħala l-maniġer tat-tim. Jidher li se jkomplu jintensifikaw l-attentati tagħhom biex jassiguraw kuntratt mat-Taljan.

Madankollu, xejn ma kien minnu li Ancelotti kien f’Merseyside nhar it-Tnejn biex jitkellem ma’ Everton.

Ancelotti tkeċċa minn Napoli wara li rnexxielu jmexxihom sal-istadju tan-knockout taċ-Champions League. Is-sid ta’ Everton Farhad Moshiri jqir lir-rebbieħ taċ-Champions League għal tliet darbiet, bħala l-persuna kapaċi biex tmexxi lill-klabb ‘l quddiem.

Everton se jkunu qed imexxu x-xogħol biex jiddiskutu wiċċ ‘imb wiċċ u jippruvaw jipperswadu lil Ancelotti. Lura fl-2010, kien rebaħ il-Premier League u l-FA Cup ma’ Chelsea. Issa Everton se jkunu qed iħajruh jagħmel ritorn fix-xena tal-futbol Ingliż, din id-darba f’Merseyside.