Ancellotti; era ġdida għal Napoli

ancellotti

Skont diversi sorsi fil-midja Taljana, Carlo Ancellotti laħaq ftehim ma’ Napoli sabiex isir il-kowċ il-ġdid tat-tim Taljan.
L-eks kowċ ta’ Bayern Munich, Real Madrid u Milan mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn bl-għan li jirbaħ il-kampjonat Taljan li Napoli tant issieltu għalih matul dawn l-aħħar żewġ staġuni.
Din l-aħbar tfisser li Maurizio Sarri żgur se jtemm l-esperjenza tiegħu mal-partenopei, bid-destinazzjoni tiegħu mistennija tkun dik ta’ Chelsea fl-Ingilterra.
Lejn l-aħħar parti tal-istaġun kienu nibtu xi disgwiti bejn Sarri u l-President De Laurentiis, bl-eks kowċ ta’ Empoli jistqarr li mhuwiex ċert mill-ġejjieni tiegħu.
Ancellotti huwa kowċ ta’ esperjenza kbira u rebaħ il-UEFA Champions League kemm ma’ Real Madrid kif ukoll ma’ Milan fejn qatta’ tmien staġuni.