Amy Borg għas-semifinali ta’ Britain’s Got Talent

Britain_Got_talent

Amy Borg, kantanta soprana Maltija li ttantat xortiha fir-Renju Unit għaddiet għas-semifinali ta’ Britain’s Got Talent.
It-tfajla ta’ 16-il sena se tkun qed tkanta live quddiem il-ġurija u udjenza ikbar. B’din il-prestazzjoni se tkun qed tiddetermina hux se tkompli l-avventura tagħha f’din il-kompetizzjoni.
Amy ilha tkanta għal dawn l-aħħar tliet snin, fost l-oħrajn kanzunetti minn musicals.
Għall-audition Amy kantat Nella Fantasia tal-kompożitur Ennio Morricone. Fl-aħħar tal-kanzunetta, irċeviet kummenti pożittivi ħafna mill-ġurija, fosthom mingħand Simon Cowell li hu famuż għal kritika ħarxa li jagħti.