Amsterdam: Iz-zokkor għandu jiġi regolat għax huwa droga

Uffiċjal tas-saħħa f’Amsterdam l-Olanda, belt magħrufa għal kannabis legalizzata, iddeskriva z-zokkor bħala droga perikluża u li wieħed isir dipendenti fuqha malajr.

Qal li l-użu tiegħu għandu jiġu regolat, għax iz-zokkor huwa droga, l-istess bħall-alkoħol u t-tabakk.  

Sostna li l-epidemija tal-obesita’ kull ma jmur qiegħda dejjem tikber u tista’ twassal għal aktar spejjeż fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

Ippropona li biex tiġi miġġielda din il-problema, għandhom jitpoġġew tikketti ta’ twissija fuq xarbiet biz-zokkor u prodotti tal-ħelu.