Amsterdam Arena se jbiddel ismu

L-istadium ta’ Ajax Amsterdam illi għal ħafna snin kien magħruf bħala Amsterdam Arena se jbiddel ismu u se jissejjaħ Johan Cruyff Arena wara l-25 t’April illi ġej.
Dan sabiex jonora lill-mibki iżda qatt minsi Johan Cruyff li ħalla din id-dinja fl-24 ta’ Marzu 2016.
Il-logo l-ġdid se jiġi ppreżentat fl-aħħar ta’ dan ix-xahar bl-ogħla awtoritajiet tal-klabb Olandiż onorati li għamlu din l-għażla.
Cruyff għamel disa’ snin jilgħab mat-tim mill-kapitali Olandiża bejn l-1964 u l-1973 u skorja 190 gowls f’240 partita. Huwa meqjus bħala idolu mal-partitarji ta’ Ajax.