Ammont ta’ flus kontanti jinsterqu minn banka tal-lottu

Ammont ta’ flus kontanti nsterqu minn banka tal-lottu waqt serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-sitta fi Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta.

Ġara li filwaqt li mara ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema kienet fil-banka tal-lottu, daħlet persuna ta’ sess maskili u talabha biex tagħlaq il-bieb u titfi d-dawl tal-ħanut. Huwa daħal fejn il-kexxun, seraq il-flus u ħarab minn fuq il-post.

B’xorti tajba, ħadd ma weġġa f’din is-serqa.