Amerikana tinqatel minn iljun waqt safari fl-Afrika

Tfajla ta’ 22 mill-Istati Uniti tilfet ħajjitha waqt safari li kienet qed tagħmel f’Johannesburg, l-Afrika t’Isfel.
It-turisti li kellhom jassistu għal mewt tagħha qalu li hija mietet wara li attakkha ljun.
Dawk li kienu magħha bdew jippruvaw jiġbdu l-attenzjoni tal-annimal feroċi billi jdoqqu l-ħorn tal-vann li kienu fih, iżda l-iljun ma tax kashom.
Il-vittma hija Katherine Chappell, minn New York. Hu maħsub li Katherine kienet aljentata tieħu r-ritratti u ma rrealizzatx li qrib ħafna tagħha kien hemm iljun.
Meta seħħ l-attakk, l-Amerikana kienet tinsab fil-karozza.