Amerikana tibla’ ċurkett tal-għerusija waqt l-irqad

    Facebook

    Saret operazzjoni lil mara Amerikana li belgħet iċ-ċurkett tal-għerusija waqt li kienet rieqda.

    Jenna Evans ta’ 29 sena, qalet li hi u l-għarus tagħha Bobby kienu fuq ferrovija u li hi kienet sfurzata li tibla’ ċ-ċurkett biex tipproteġih minn dawk li sejħet nies ħżiena. Kien biss meta qamet fid-dar tagħha f’Kalifornja li rrealizzat li dan l-episodju kien biss ħolma, iżda ċ-ċurkett tad-djamanti ma kienx f’idejha.

    Dlonk qajmet lil Bobby biex tispjegalu x’ġara u rħewlha lejn l-isptar.

    Evans spjegat li sabitha diffiċli biex tirrakkonta x’ġara lit-tobba għax ma setgħetx tieqaf “tidħak/tibki!”.