Amerikan imut mill-coronavirus fiċ-Ċina

REUTERS/Aly Song

Read in English.

Uffiċjali fl-Istati Uniti qalu li raġel Amerikan ta’ 60 sena miet minħabba l-coronavirus il-ġdid, l-ewwel mewt ta’ persuna li mhix Ċiniża minħabba l-marda. Dan hekk kif miljuni ta’ Ċiniżi qed jibdew jirritornaw lura d-dar wara l-vaganzi tas-Sena l-Ġdida Ċiniża li ġew estiżi f’attentat biex il-mard ma jkomplix jinfirex.

Skont ir-Reuters, filwaqt li l-maġġoranza tal-każijiet kienu fiċ-Ċina, il-virus infirex lejn madwar 20 pajjiż madwar id-dinja, inkluż ħames persuni mill-Ingilterra li ġew infettati f’lukanda fil-muntanji ta’ Franza.

Ir-raġel Amerikan miet il-Ħamis f’Wuhan, l-epiċentru tal-virus skont kelliem għall-ambaxxata tal-Istati Uniti. Hu ma elaborax dwar il-każ.