Ambulanza tispiċċa fil-mira tal-gwardjani

Gwardjan lokali irrabjat in-nies wara li tat ċitazzjoni lil ambulanza meta l-paramediċi ħallewha fil-ġenb tat-triq biex jakkumpanjaw pazjent sal-isptar.
Il-każ seħħ f’East Yorkshire fir-Renju Unit nhar l-Erbgħa, meta n-nies fit-triq baqgħu iċċassati jaraw il-gwarjan jagħti l-multa ta’ madwar €40 lill-karozza li tħalliet fil-ġenb tat-triq minħabba l-emerġenza.
Xhieda kkonfrontaw lill-gwardjan li qaltilhom li issa l-każ irid jiġi appellat.
Persuni oħra qalu li ma setgħux jifhmu x’kien għaddej minn moħħ il-gwardjan li qisha ma riditx tifhem iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Jirriżulta li l-każ ġie solvut wara li l-awtorità responsabbli mill-ambulanza spjegat x’ġara lill-kunsill ta’ Yorkshire. Spjegaw li l-vettura tħalliet ipparkjata għal madwar sagħtejn sakemm it-tobba u l-infermiera akkumpanjaw il-pazjent f’vettura oħra.