Aġġornata: Ħsara fuq tliet karozzi meta nsterqet l-ambulanza

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, min allegatament seraq l-ambulanza mill-Isptar St Philip's f'Santa Venera għamel ħsara fuq tliet karozzi, li kienu pparkjati fl-istess inħawi. 

Infurmati wkoll li l-ambulanza setgħet ġiet ittowjata. 

Sadanittant għadha għaddejja t-tfittxija għall-ambulanza li nsterqet ilbieraħ mill-Isptar St Philip’s f’Santa Venera.

Il-każ seħħ bejn il-11 ta’ filgħodu u s-1 ta’  wara nofsinhar.

Kull min għandu informazzjoni jew jara l-ambulanza għandu jċempel  fuq 119, anke b’mod anonimu.

 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.