Ambulanza timblokka driveway; isibu nota u flus

Facebook

Tim ta’ ambulanza fir-Renju Unit li ma kellux għażla oħra ħlief li jimblokka driveway, sab nota u £10 mal-windscreen tal-ambulanza. In-nota kienet tgħid “qed timblokka d-driveway tagħna… Tinkwetax. Ixtri kafè meta tista’”.

Mal-BBC, tal-ambulanza qalu li n-nota saħħitilhom it-tama fl-umanità. Saħqu li f’xogħolhom iridu jkunu effiċjenti biex isalvaw il-ħajjiet u xi kultant ma jkunx faċli għalihom li jipparkjaw b’mod li ma jimblukkawx it-toroq. Irringrazzjaw lill-persuna li kitbet in-nota għax tathom kuraġġ f’jum partikolarment emozzjonali.