Ambulanza tieħu n-nar; ħadd ma jweġġa’

Parti minn ambulanza ħadet in-nar wara ħabta ma’ karozza fil-Qawra.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am faċċata tal-Għassa tal-Qawra.
In-nar intefa wara ftit tal-ħin minn membri tal-Protezzjoni Ċivili+, u ħadd ma weġġa’.