Ambulanza tiskiddja fin-Naxxar

Ambulanza kellha tissejjaħ biex tassisti ambulanza oħra li skiddjat fit-telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar, waqt li kienet qed iġorr pazjent lejn Mater Dei.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Ħadd ma weġġa’.