Ambjent: “Il-ġid komuni u l-pubbliku huma telliefa” – esperti

Miguela Xuereb

Għal Ronnie Camilleri mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja, għall-ambjentalista Prof. Alan Deidun u għall-Perit Simone Vella Lenicker, President tal-Kamra tal-Periti, il-ġid komuni u l-pubbliku huma ġeneralment it-telliefa fejn jidħol it-tħaddim tal-policies dwar l-ambjent. Għal kelliema hemm diversi eżempji fejn dan isir aktar fl-interess tal-iżviluppaturi jew tas-sidien.

Fil-fatt huma taw marki baxxi – sa massimu ta’ erbgħa minn 10 – għat-tħaddim tal-policies. Taw marki għolja biss għal każi fejn jinqdew bdiewa li jkollhom bżonn jirranġaw xi affarijiet żgħar f’bini fl-għelieqi tagħhom.

It-tliet esperti fil-qasam tal-ambjent kienu qed jitkellmu waqt il-programm Newsbook Hour imxandar fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.

Tul il-programm tħabbar ukoll li l-Perit Elizabeth Ellul, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ma weġbitx talba tad-direzzjoni biex tiġi intervistata fil-programm.

“Portelli Authority mhux Planning Authority” – Deidun

L-ambjentalista Prof. Alan Deidun irrefera għall-akkronimu PA, li minflok Planning Authority beda jsejjaħlu Portelli’s Authority minħabba li dan l-iżviluppatur kbir ħafna qed jingħata diversi permessi li jqajmu kontroversja.

Permess biex għorfa fil-Qala tinbidel f’Villa

Il-permess li Portelli ingħata biex kamra f’għalqa fil-Qala f’post fejn mhux suppost isir żvilupp issir villa kbira bis-swimming pool, ġie deskritt mill-ambjentalista bħala “wieħed skandaluż”.

Miguela Xuereb

Deidun sostna li dan hu biss the tip of the iceberg, “għax inzerta ġie diskuss fuq il-Bord tal-Awtorità u ħareġ fil-pubbliku”.

Huwa stqarr li biex ikun ġust miegħu, Portelli huwa wieħed minn numru ta’ żviluppaturi kbar f’Malta.

“Iz-zoni ODZ huma prezzjużi ħafna, il-Bord għandu jiltaqa’ iktar minn darba fil-ġimgħa”, stqarr Prof. Deidun.

U-turn dwar il-klima bl-approvazzjoni tal-iżvilupp fil-Qala – KA

 “Is-sid mhux il-pubbliku se jibbenefika” – Vella Lenicker

Il-Perit Simone Vella Lenicker, President tal-Kamra tal-Periti saħqet li l-Pjan ta’ Azzjoni mħabbar mill-Gvern għal Ta’ Qali qed isir aktar għall-benefiċċju tas-sid tal-art milli għall-ġid tal-pubbliku.

Enfasi fuq żvilupp kummerċjali f’Ta’ Qali “ma tagħmilx sens” – periti

Hija spjegat li dan il-proġett li se jsir fuq zona ta’ 60,000 metru kwadru f’Ta’ Qali, fih id-doppju tal-PAVI b’għoli ta’ bejn ħames u sitt sulari. Fissret kif il-permess għal żvilupp ta’ 60,000 metru kwadru jgħajjat lil sid wieħed, u għaldaqstant jidher li qed jiġi aġevolat sid wieħed biss.

Kamra tal-Periti

Staqsiet jekk Malta u l-Maltin għandhomx bżonn iktar zoni kummerċjali, u jekk sarux studji jekk iz-zoni industrijali li jeżistu humiex biżżejjed. Saħqet dwar il-bżonn li tiġi indirizzata jekk permess ikunx ta’ ġid komuni.

Irrimarkat li daħlet fuq l-Aġenda tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u sabet li llum qed jiddiskuti 33 applikazzjoni, u għada se jkollu quddiemu 36 applikazzjoni oħra. Staqsiet jekk hux possibbli li jidħlu fid-dettall u jaraw l-affarijiet bir-reqqa ladarba għandhom tant applikazzjonijiet.

Il-Perit Elizabeth Ellul ma tweġibx

Il-preżentatur tal-programm Fr Joe Borg qal li huwa bagħat messaġġ lill-Perit Elizabeth Ellul li hija c-Chairperson tal-Kummissjoni tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar peress li hija responsabbli li nħarġu diversi permessi kontroversjali partikolarment fejn jidħol l-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli.

Huwa qal li l-Perit Ellul kienet mistiedna biex tagħti intervista ħalli tispjega l-pożizzjoni tagħha.

L-eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista Alfred Sant talab għar-riżenja tal-Perit Elizabeth Ellul minħabba l-għoti tal-permess fil-Qala.

L-iżviluppatur qal li mhux se juża dan il-permess iżda waqt il-programm kien innutat li l-Awtorità tal-Ippjanar għadha ma rtiratx il-permess.

Villa f’ODZ fil-Qala: Portelli jirrinunzja l-permess

Il-permess fil-Qala għandu jiġi rtirat mill-PA – Wirt Għawdex

Il-MP Nazzjonalista Marthese Portelli rreżenjat mill-Awtorità tal-Ippjanar bi protesta għal dak li hija ddeskriviet bħala ħtif tal-Awtorità minn interessi privati minflok il-ġid komuni. Hija qalet ukoll li l-Prim Ministru ma kienx korrett jgħid li l-premess tal-Qala ngħata skont il-policy. Hija sostniet li l-permess ingħata kontra l-policy.

Marthese Portelli tirriżenja mill-Awtorità tal-Ippjanar