Amber tirritorna b’Messed Up Love

Amber tirritorna bil-kanzunetta ġdida Messed Up Love, wara s-suċċess li għamlet bil-kanzunetta What They Say fil-bidu ta’ din is-sena.
Messed Up Love hija ballad kontemporanja, profonda u emozzjonali, li titkellem dwar l-imħabba b’mod melankoniku ħafna.
Matt Muxu Mercieca, Elton Zarb u Amber innifisha huma l-awturi u l-kompożituri tal-kanzunetta Messed Up Love.
Muxu jispjega li l-kanzunetta titkellem dwar konfużjoni fil-ħsibijiet meta wieħed qed jissielet mal-ħsibijiet tiegħu stess, jibqa’ mwaħħal fl-istess post, li għalkemm  jaf li mhux tajjeb għalih, ma jistax joħroġ minnha.
Sam Dalli pproduċa filmat bil-lirika tal-kanzunetta li jinsab fuq iċ-channel ta’ YouTube ta’ Amber.