Ambaxxatur ta’ Malta insultata; Il-Gvern Taljan jiskuża ruħu

Twitter - Vanessa Frazier

Il-Gvern Taljan skuża ruħu ma’ Malta wara li pulizija Taljan għajjar lill-Ambaxxatur Maltija fl-Italja Vanessa Frazier “qaħba”.

Fuq Facebook, uffiċjal tal-Pulizija qal li l-Italja kienet qed tiġi mwaqqa’ għaż-żufjett minn “qaħba” f’Malta b’referenza għal dak li qalet l-Ambaxxatur lill-midja Taljana. L-Ambaxxatur kienet ikkumentat dwar id-distanzi bejn Malta, l-Afrika u l-Italja.

L-ambaxxata tal-Italja f’Malta qalet fi stqarrija li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Taljan Enzo Moavero Milanesi kkomunika mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela fejn skuża ruħu għan-nom tal-Gvern Taljan. L-Ambaxxatur għall-Italja f’Malta Mario Sammartino esprima soliderjetà mal-kollega tiegħu l-Ambaxxatur għal Malta fl-Italja Vanessa Frazier.