Ambaxxatur Malti jagħti l-paga tiegħu lill-Protezzjoni Ċivili Taljana

Read in English.

L-Ambaxxatur Malti għall-Italja ddeċieda li jagħti l-paga tiegħu tax-xahar ta’ Marzu lill-Protezzjoni Ċivili Taljana. Dan qalu Joseph Cuschieri permezz ta’ post fuq Facebook.

Hu spjega li bħalissa qed jesperjenza u jgħix ir-realtà kurrenti tal-coronavirus f’Ruma fl-Italja, mal-poplu Taljan. Qal li għalhekk iħoss li hu dmir u dover morali tiegħu li jgħin mill-ftit li jista’ lil dawk milqutin minn din il-marda kiefra.

Sostna li f’każ ta’ bżonn lest li jagħmel l-istess mal-poplu Malti, jekk l-affarijiet jaslu li jiggravaw bl-istess mod li ggravaw fl-Italja.

SOLIDARIETÀ AL POPOLO ITALIANO – #insiemecelafaremo 🇲🇹❤🇮🇹In qualità di Ambasciatore di Malta presso lo Stato…

Posted by Joseph Cuschieri on Monday, 23 March 2020

Skont worldometers.com, bħalissa fl-Italja hemm 59,138 persuna li nstabet pożittiva għall-coronavirus. 7,024 persuna Taljana fiequ minn din il-marda filwaqt li 5,476 mietu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn