Filmat: Amazon toħloq drone żgħir tas-sigurtà ġdid għad-djar

Id-diviżjoni tal-kumpanija Amazon li taħdem u tiżviluppa apparat għas-sigurtà fid-djar żvelat drona ġdid li għandu kamera u li jibda jiffilmja waħdu f’każ li xi ħadd jidħol f’residenza mingħajr permess.

Ring żvelat kif dan id-drone ċkejken huwa ddissinjat apposta biex meta r-residenti ma jkunux id-dar, f’każ li s-sensors tal-alarm jimmarkaw li xi ħadd daħal bla permess, jixgħel waħdu u jtir għoli ta’ sular u jibda jirrekordja immedjatament. Waqt li d-drone ikun qed itir u jirrekordja jibgħat messaġġ lir-resident tad-dar fuq il-mowbajl biex ikun jista’ jara l-filmat live dak il-ħin fuq il-mowbajl stess.

Dan id-drone ġdid ġab miegħu diversi reazzjonijiet. Uħud staqsew min se jkun irid kameras itiru fil-privatezza ta’ daru li jirrekordjaw il-filmati minn kumpanija li tiġbor id-dettalji tan-nies. Madanakollu oħrajn faħħru dan id-drone għall-kunċett innovattiv u għal fatt li jirrekordja biss f’każ li jkun hemm moviment fid-dar meta l-alarm ikun mixgħul għax is-sid ma jkunx id-dar.