Amazon tirreġistra telf ta’ €90 miljun

Il-kumpanija Amazon rreġistrat telf ta’ €90 miljun matul it-tieni kwart ta’ din is-sena.
Qed tavża ukoll li l-bejgħ jista’ jonqos anke fil-perjodu li jmiss. Amazon qeda tbassar li fit-tielet kwart tas-sena, il-bejgħ se jkun ta’ madwar €14 u €16 biljun. Dan ifisser tkabbir ta’ ftit inqas minn 15% li huwa ferm inqas minn kemm kibret il-kumpanija s-sena li għaddiet.
Dan l-avviż beżża’ lil ħafna investituri hekk kif anke l-ishma niżlu b’6%.