Amazon iridu lil Woody Allen biex jaħdmilhom sensiela għat-televiżjoni

Wara Ridley Scott, Amazon se jgħidu lid-Direttur famuż, Woody Allen biex jidderiegi sensiela għal fuq it-televiżjoni.
Dan il-proġett ta’ Amazon qed jingħata l-isem ‘Untitled Woody Allen Project’ u jikkonsisti f’sensiela televiżiva b’episodji ta’ madwar 30 minuta.
Woody Allen stqarr li ma jafx kif spiċċa fil-lista ta’ Amazon Studios biex jaħdem sensiela televiżiva.
Huwa hu jiċċajta qal li l-Viċi President ta’ Amazon Studios, Roy Price se jiddispjaċih bl-għażla li għamel.
Price iżda huwa tal-fehma li Allen huwa ġenju u li rnexxilu joħloq kapolavuri għat-televiżjoni.
Amazon Studios hija t-taqsima relatata mal-films u t-televiżjoni tal-kumpanija Amazon.