Amanda Knox terġa’ tiġi mressqa l-qorti

Amanda Knox u l-eks għarus tagħha reġgħu ssejjħu mill-qorti sabiex jiġi rrevedut il-każ tal-qtil tal-istudenta Ingliża Meredith Kercher f’Perugia. Kemm Knox kif ukoll Raffaele Sollecito għamlu erba’ snin il-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ qtil fl-2007. Wara appell li għamlu fl-2011, inħelsu fuq bażi li l-evidenza mit-testijiet tad-DNA kienet difettuża.
L-akkużati qatt ma wieġbu li huma ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, jiġifieri dawk ta’ qtil u abbuż sesswali fuq Meredith Kercher. Il-kawża fil-qorti mistennija ssir fil-qorti ta’ Firenze. Jekk Knox tinstab ħatja tal-akkużi, il-każ se jitressaq quddiem l-qorti suprema tal-Italja.