Alternattiva Demokratika Żgħażagħ tilmenta dwar ir-rotot il-ġodda tat-trasport pubbliku

Alternattiva Demokratika Żgħażagħ qalet li l-poplu Malti jistħoqqlu servizz diċenti tat-trasport pubbliku.
Minkejja l-introduzzjoni ta' rotot ġodda ADŻ qalet li għad hemm rotot li jieħdu ħafna ħin u mhux ta’ min jafda fuqhom.
Iċ-Ċerpersin Marc’Andrea Cassar sostna li ħafna żgħażagħ qed ikunu kostretti jirrikorru għas-sewqan privat.
Dan qiegħed jirriżulta f’żieda ta’ problem ta’ pparkjar u traffiku, li jkompli jżidu fit-tniġġis tal-arja.
Cassar kompla jgħid li l-investiment fit-trasport pubbliku għandu jkun adegwat u  jinkludi mezzi differenzi ta' trasport pubbliku kif ukoll investiment f'infrastruttura ta' rotot siguri għar-roti u roti elettriċi speċjalment lejn l-istituzzjonijiet edukattivi maġġuri tal-pajjiż bħall-MCAST, l-Università, l-Junior College u l-Higher Secondary.