Alternattiva Demokratika tikkummenta dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet lokali

Alternattiva Demokratika fi stqarrija qalet li l-kandidati tagħha Philip Cachia li kkontesta fuq Santa Venera u Reuben Zammit li kkontesta fuq Wied il-Għajn ġabu 123 u 251 vot rispettivament mal-ewwel count.

Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Michael Briguglio ġabar 727 vot fuq il-lokalita’ ta’ Ta’ Sliema mal-ewwel count. Briguglio li riesaq lejn ir-raba elezzjoni fil-kunsill, irringrazzja lin-nies ta’ Ta’ Sliema għall-appoġġ.