Alternattiva Demokratika tappoġġa lill-GWU fi kwistjoni mal-Gvern

Alternattiva Demokratika f’ittra li bagħtet lill-General Workers Union, esprimiet l-appoġġ tagħha fil-kwistjoni li l-union għandha bħalissa mal-Gvern u l-Management tal-isptar Mater Dei.

Il-GWU ressqet protest quddiem id-Dipartiment tal-Out-Patients tal-isptar wara li l-Gvern reġa’ lura minn kelmtu li fil-ħruġ tat-tender il-ġdid, ikun hemm provdut li l-pagi tal-iskrivani, l-impjegati tas-sigurta’ u tal-parkers ikunu jlaħħqu mal-pagi tal-ħaddiema tal-Gvern li jgħamlu l-istess xogħol.

Alternattiva Demokratika laqgħet l-ittra li l-istess General Workers Union bagħtet lit-tliet partiti politiċi biex tinfurmahom dwar din il-kwistjoni u esprimiet l-appoġġ tagħha.