Alternattiva Demokratika tappella għal miżuri tanġibbli favur l-użu tar-roti

Alternattiva Demokratika fi stqarrija qalet li waqt li l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi jinsab determinat li jtejjeb is-sistema tat-trasport pubbliku, il-politika li qed tiġi addottata titfa’ wisq enfażi fuq il-karozzi privati waqt li mhu qed isir xejn sabiex jiġi nkoraġġit l-użu tar-roti li jnaqqsu mit-tniġġis li qed joħnoq it-toroq Maltin.

Il-Kelliem għal Alternattiva dwar it-Trasport, Ralph Cassar qal li ta min wieħed jinnota li l-Awtorità tat-Trasport għandha tgħin lill-Kunsilli Lokali li jixtiequ jibnu infrastruttura li tinkoraġixxi l-mixi jew l-użu tar-rota madwar il-lokalitiajiet Maltin.

Alternattiva Demokratika appellat lill-Ministru tat-Trasport sabiex jittieħdu miżuri tanġibbli fil-budget li jmiss sabiex jiġi inċentivat l-użu tar-roti u tiżdied is-somma li titqassam lill-Kunsilli Lokali fi ġranet li fihom iħajjru l-pubbliku ma jużax il-karozza.