Allegri se jibqa’ mal-Juve?

Il-kowċ ta’ Juventus Max Allegri offrewlu estensjoni tal-kuntratt sal-2021 bi ftit titjib fis-salarju. Skont La Stampa, il-laqgħa tant mistennija bejn Allegri u l-President Andrea Agnelli saret nhar l-Erbgħa filgħaxija.

Il-gazzetta La Stampa spjegat li Agnelli poġġa fuq il-mejda l-offerta ta’ tiġdid tal-kuntratt għal Allegri, u offrielu kuntratt mal-klabb sas-sena 2021. Jidher li Allegri se jkun qed jitħallas ftit aktar mill-paga li għandu bħalissa, dik ta’ € 7.5 miljun.