Allegazzjonijiet ġodda dwar Pistorius u l-qtil ta’ Steenkamp

Skont żewġ awturi ta’ ktieb li ħareġ dan l-aħħar, l-atleta paraolimpiku Oscar Pistorius kien ta daqqiet ta’ mazza tal-cricket lit-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp qabel sparalha erba’ tiri u qatilha.
L-allegazzjoni ġiet ippubblikata fil-ktieb “Oscar vs Truth” u ntqal li l-mudella kellha żewġ feriti fuq dahra, kumpatibbli ma’ daqqiet ta’ mazza li, skont huma, kellha l-manku mgħawweġ.
Jekk l-allegazzjoni tiġi ppruvata aktarx li jkollha piż kbir fuq il-każ, hekk kif issaħħaħ l-argument tal-Prosekuzzjoni li Pistorius ried joqtol lil Steenkamp u mhux veru li ħasibha ħalliel.
Is-sentenza tal-appell kellha tinqara din il-ġimgħa imma ġiet posposta għal Ġunju.