Allegati ħallelin jippruvaw jaħarbu mill-pulizija fil-Fgura; iweġġgħu waqt il-ġirja

Read in English.

Żewġ persuni li allegatament ippruvaw jisirqu minn residenza fil-Fgura ppruvaw jaħarbu mill-pulizija. Madanakollu, ma rnexxilhomx u ġew arrestati. Huma weġġgħu meta ppruvaw jaqbżu mill-għoli.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ ilbieraħ għad-9.15 pm. Il-Pulzija rċeviet rapport ta’ żewġ persuni suspettati li huma ħallelin fi Vjal il-Kottonera. Fuq il-post marru uffiċjali tal-pulizija tad-distrett u tar-Rapid Intervention Unit (RIU). Iż-żewġ persuni ppruvaw jaħarbu u waqt il-ġirja qabżu minn xi għoli. Minħabba f’hekk weġġgħu u kellhom jittieħdu l-isptar.

Skont il-Pulizija, iż-żewġ persuni arrestati huma barranin – waħda minnhom mill-Georgia u l-oħra mil-Litwanja.