Allegatament tir ta’ arma tan-nar jolqot karozza tal-linja

Karozza tal-linja ntlaqtet minn oġġett waqt li kienet qed tinstaq u b’riżultat ta’ dan inkisret ħġieġa tal-ġenb tal-vettura.
Ma’ Newsbook.com.mt il-Pulizija qalet li l-investigazzjoni tal-pulizija għadha trid tiddetermina x’ikkawża dan. Minkejja dan, midja lokali qed tallega li l-karozza tal-linja intlaqtet minn tir ta’ arma tan-nar.
Jidher li l-karozza tal-linja bir-rotta numru 202 dak il-ħin kienet għaddejja minn triq f’Ħad-Dingli mimlija għelieqi u rziezet. Jista’ jkun il-każ li t-tir ġie sparat minn waħda minn dawn l-għelieqi.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.