Allegat stupru: il-każ ikompli fil-magħluq

Il-każ tal-allegat stupru minn raġel Olandiż fuq is-sieħba tiegħu Maltija ta’ dak iż-żmien, kompla fil-Qorti fil-magħluq.
Dan wara li l-Maġistrat laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni, li l-każ joffendi l-morali pubblika.
Ir-raġel ta’ 33 sena hu akkużat li stupra lil dik li kienet is-sieħba tiegħu, u li ffrodaha €25,000.
F’Ġunju tas-sena li għaddiet, il-mara rrappurtatu lill-Pulizija u akkużatu li s-sena ta’ qabel stupraha kemm-il darba. Iktar tard hi riedet tirtira r-rapport iżda mbagħad reġgħet biddlet il-ħsieb.
Id-difiża qed tinsisti li r-relazzjoni sesswali bejn il-koppja kienet konsenswali u fiż-żmien li fih il-mara qalet li ġiet stuprata, il-koppja siefret darbtejn flimkien.