Allegat każ ta’ gang rape f’Ħal Far

Mara Taljana residenti Malta, talbet lill-Pulizija tinvestiga każ ta’ gang-rape li allegatament seħħ fuqha it-Tnejn filgħaxija.

Hu mifhum li hi inħatfet minn persuni f’karozza qrib il-Belt Valletta, u ttieħdet fl-inħawi ta’ Ħal Far fejn hemm ġiet stuprata minn dawn il-persuni.

Wara, jidher li hi tħalliet titlaq fejn marret tistkenn ġo fabbrika fil-viċinanzi.