Alleat ta’ Merkel jitneħħa mill-Parlament; Merkel tiddgħajjef

Angela Merkel Parlament
Reuters

Il-pożizzjoni tal-Kanċillier Angela Merkel fil-Ġermanja ddgħajfet wara li t-Tlieta l-konservattivi keċċew l-alleat tagħha Volker Kauder minn kap tal-partit parlamentari, li jirrifletti ħażin fuq it-tmexxija tagħha ta’ 13-il sena.

Din l-azzjoni ġiet deskritta bħala “sajjetta politika” u “il-bidu tat-tmiem għall-era ta’ Merkel” mill-mexxejja tal-oppożizzjoni. Ħafna ħaduha bħala sinjal li l-parlamentari jridu jingħataw aktar importanza fil-formazzjoni tal-liġijiet fir-raba’ u l-aħħar Gvern tagħha.

Kauder kien ilu jakkumpanja lil Merkel tul it-13-il sena tagħha bħala l-ispalla tagħha fil-Parlament.

Hija qalet lill-ġurnalisti li tittama li Kauder jista’ jibqa’ parti mill-grupp parlamentari xorta waħda għax ħadmet tajjeb miegħu.