Alleanza bejn ix-xellug u l-lemin fl-Awstrija

Austria's Chancellor Sebastian Kurz addresses the media in Vienna, Austria March 6, 2019. REUTERS/Leonhard Foeger

Membri tal-Partit tal-Ħodor fl-Awstrija vvutaw biex jissieħbu ma’ gvern immexxi mill-eks Kanċillier konservattiv Sebastian Kurz. B’hekk se jkun hemm alleanza bejn ix-xellug u l-lemin.

Skont l-Associated Press, il-ftehim tal-koalizzjoni ġie appruvat miż-żewġ naħat. Sab l-appoġġ ta’ 93% tad-delegati tal-Ħodor. Minn 264, kienu biss 15 li vvutaw kontra jew li astjenew.

Il-mexxej tal-Ħodor Werner Kogler ħeġġeġ lid-deputati tiegħu biex iwarbu t-tħassib dwar id-dħul f’koalizzjoni u jirrikonoxxu l-opportunità li ngħataw biex iġibu l-progress.