Allarm minħabba kaxxa biż-żibel ħdejn ir-residenza tal-Ambaxxatriċi Franċiża

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar kaxxa suspettuża ħdejn ir-residenza tal-Ambaxxatriċi Franċiża f’Ħaż-Żebbuġ, irriżulta li kien allarm falz u li kienet kaxxa biż-żibel.
Ma’ Newsbook.com.mt, kelliem għall-Pulizija qal li r-rapport daħal għall-ħabta tas-7.30am u li l-investigazzjonijiet bdew minnufih.