Allarm falz fi Gwardamangia

Allarm Falz dalgħodu fi Gwardamangia wara li xi nies issuspettaw li kien hemm oġġett suspettuż f’karozza.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li kollox beda meta s-sid sab il-karozza miftuħa fi Triq l-Ursolini.
Fuq il-post issejħu wkoll il-Forzi Armati ta’ Malta, fosthom it-taqsima tal-Explosives Ordinance Disposal.
Ftit tal-minuti wara rriżulat li ma kien hemm xejn ta’ periklu.

Ritratt: Mill-Arkivji