“Allaħares ma kinitx Mona” – Deo Debattista

Awguri lis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Dr Deo Debattista u l-mara tiegħu Mona f’okkażjoni tat-30 sena anniversarju minn mindu wegħda mħabbithom lil xulxin. Huma żżewġu fil-kappella tal-Agostinjani bħal-lum it-18 ta’ Awwissu tal-1990. Kien żewwiġhom Fr Charles Tabone.

“Jien u Mona konna ltqajna l-ewwel darba fil-kappella tas-Sixth Form,” beda biex jirrakkonta Deo ma’ newsbook.com.mt Deo li qalilna li hu kien jistudja x-xjenzi filwaqt li Monica (Mona) kienet tistudja l-arti.

“Allaħares ma kinitx Mona,” qalilna Deo li qal li l-ħsieb kien li jkompli jistudja barra u kien għamel l-eżamijiet ta’ l-Amerika. Iżda minħabba raġunijiet mediċi dan ma seħx u beda jagħmel solo practice.

“L-appoġġ ta’ Mona kien wieħed kontinwu għax meta tkun qed tagħmel solo practice bħala GP m’għandekx ħinijiet u jkollok sigħat twal barra mid-dar. Tibda minn kmieni filgħodu sa tard filgħaxija. Mona kienet dejjem hemm. Saħansitra kienet toqgħod tistennieni nasal lura d-dar biex fi kwalunkwè ħin biex nieklu flimkie Rabbietli t-tfal André u Emma, għax fil-veritá hi rabbithom. Li kieku ma kienx għal Mona t-tfal tagħna mhumiex dak li huma llum,” kompla jgħidilna Deo.

Nawguraw lill-koppja l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u għal aktar snin ta’ mħabba u rispett.

18 ta’ Awwissu 1990: Jiżżewġu Deo u Monica Debattista